Skema għall-Arti fl-Iskejjel

L-Iskema għall-Arti fl-Iskejjel hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti li ssostni u tappoġġa l-ekoloġija kulturali u kreattiva, b’attenzjoni speċjali fuq l-edukazzjoni tal-arti. L-Iskema tifforma parti mill-impenn tal-Kunsill li jinvolvi edukaturi u prattikanti kreattivi fi djalogu u kollaborazzjoni. L-għan huwa li jħeġġeġ lill-istudenti u lill-edukaturi biex iżidu l-involviment fis-setturi kreattivi u kulturali, u li jesplora metodoloġiji […]

Artivisti

ARTIVISTI huwa kollaborazzjoni transsettorjali bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u Aġenzija Żgħażagħ. Danjifforma parti minn portafoll ta’ inizjattivi maħsuba biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal tat-tkabbirkreattiv ta’ Malta permezz ta’ investiment fl-eċċellenza fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta, billijiġu inkoraġġuti aktar opportunitajiet ta’ karriera fis-setturi, bl-iffaċilitar tal-iskambju kulturali, kif ukollbil-promozzjoni tal-inklussività u l-parteċipazzjoni kulturali attiva. ARTIVISTI huwa marbut […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen Is- Sitt Fergħa

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Is-6 Fergħa: Internazzjonali huwa li jgħin fl-istadju tal-promozzjoni ta’ produzzjonijiet kulturali u kreattivi awdjoviżivi li tlestew sa mhux aktar minn 18-il xahar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluta jew li jinsabu fi stadju ta’ żvilupp avvanzat. Din il-Fergħa se jkun limitat għal waħda mill-produzzjonijiet segwenti li jilħqu l-kriterji kulturali eliġibbli: animazzjoni, […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Fergħa 1 sa 5

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen: Qabel il-Produzzjoni – L-Ewwel Fergħa: Kitba tal-Iskripts huwa li tappoġġja l-istadju tal-kitba tal-iskript ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi kulturali u kreattivi f’Malta. Din il-fergħa tappoġġja finanzjarjament il-kitba tal-iskript u r-riċerka (jew deskrizzjoni/trattament tal-iffilmjar, fil-każ ta’ dokumentarji) marbuta magħha bl-involviment ta’ kittieb(a) tal-iskript b’esperjenza (jew direttur/kittieb, fil-każ ta’ dokumentarji kreattivi). Kittieba tal-iskripts ġodda […]

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin hija parti minn inizjattiva t’erba’ snin immirata biex tappoġġja artisti Ewropej emerġenti li jaħdmu fl-interesezzjoni tas-setturi tal-kultura, saħħa, kura, kif ukoll dawk soċjali. Il-pjattaforma KulturaUSaħħa hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, minn Ewropa Azzjoni Kulturali, u minn 14-il organizzazzjoni Ewropea sħab oħra, inkluż ARC Research & Consultancy bħala l-isħab Malti […]

L-Iskema għall-Wirt Artistiku

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirrikonoxxi li l-festa Maltija hija parti mit-tessut tal-bliet u l-irħula tagħna. Minsuġa ma’ dawn il-festi nsibu numru ta’ organizzazzjonijiet volontarji li jieħdu ħsieb li jippreparaw armar artistiku sabiex iżejnu l-pjazez u t-toroq tal-ibliet u l-irħula f’Malta u Għawdex, jieħdu ħsieb iżewqu l-iljieli sajfin tagħna b’kuluri u ġigġifogu mill-isbaħ, jieħdu ħsieb it-tkattir tal-kultura […]

Skema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda

L-Iskema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda hija parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti bil-għan ta’ investiment fil-każini tal-banda lokali. Il-każini għandhom irwol kruċjali fil-preżervazzjoni ta’ tradizzjonijiet kulturali, it-trawwim ta’ identità komunitarja u tat-talent żagħżugħ fil-mużika u l-arti performattiva f’Malta. Madankollu organizzazzjonijiet volontarji bħalhom, spiss isibu quddiem wiċċhom sfidi finanzjarji kbar […]

Skip to content