Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Fergħa 1 sa 5

Invalid deadline format: April 14, 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija April 14, 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati


L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen: Qabel il-Produzzjoni – L-Ewwel Fergħa: Kitba tal-Iskripts huwa li tappoġġja l-istadju tal-kitba tal-iskript ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi kulturali u kreattivi f’Malta. Din il-fergħa tappoġġja finanzjarjament il-kitba tal-iskript u r-riċerka (jew deskrizzjoni/trattament tal-iffilmjar, fil-każ ta’ dokumentarji) marbuta magħha bl-involviment ta’ kittieb(a) tal-iskript b’esperjenza (jew direttur/kittieb, fil-każ ta’ dokumentarji kreattivi). Kittieba tal-iskripts ġodda jistgħu jiġu kkunsidrati bil-kundizzjoni li dawn ikunu akkumpanjati minn konsulent tal-iskript, li hu kkonfermat b’ittra ta’ intenzjoni.

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – It-Tieni Fergħa: Żvilupp huwa li tappoġġja l-istadju ta’ żvilupp tal-produzzjonijiet awdjoviżivi kulturali u kreattivi f’Malta. Dan jinkludi l-kitba u/jew aktar żvilupp tal-iskript (jew deskrizzjonijiet xena xena tat-trattament/iffilmjar fil-każ ta’ dokumentarji kreattivi), xogħol riċerkattiv (fosthom arkivjali fil-każ ta’ dokumentarji kreattivi), il-casting/l-għażla ta’ membri kreattivi ewlenin u l-passi kollha (pereżempju ħidma fuq baġit, definizzjoni tal-udjenza u s-suq fil-mira) meħudin mit-tim li jwassal lill-proġett fi stadju fejn jista’ jiġi ppreżentat lil sħab potenzjali u membri tal-indjustrija bil-għan ta’ finanzjament. Għalhekk, dan jinkludi parteċipazzjoni fis-swieq, f’sessjonijiet ta’ pitching u festivals kif ukoll il-produzzjoni ta’ materjali viżivi li jtejbu l-pakkett tal-pitching. Din il-fergħa se tkun limitata għal dawn il-produzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kulturali eliġibbli: animazzjoni, dokumentarji u fizzjoni.

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – It-Tielet Fergħa: Films Qosra huwa li tappoġġja l-produzzjoni ta’ films qosra b’kontenut kulturali u kreattiv biex titjieb il-kwalità tal-produzzjonijiet awdjoviżivi f’Malta. Il-fergħa se tkun limitata għal dawn il-produzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kulturali: animazzjoni, dokumentarji u fizzjoni.
Il-fergħa tipprovdi appoġġ finanzjarju permezz ta’ għotja lil professjonist individwali fis-settur awdjoviżiv u entitajiet awdjoviżivi indipendenti biex jipproduċu produzzjonijiet awdjoviżivi ta’ kwalità u dan l-appoġġ jista’ jinkludi wkoll mentoraġġ minn espert tal-industrija tal-films ta’ esperjenza kbira maħtur mill-Kunsill Malti għall-Arti (“KMA”). L-Iskema timmira li tappoġġja kreazzjonijiet awdjoviżivi ambizzjużi u li tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ films qosra oriġinali. L-appoġġ jista’ jingħata lil applikanti eliġibbli għall-involviment tagħhom f’koproduzzjonijiet internazzjonali (bħala sħab b’maġġoranza jew minoranza), sakemm l-applikazzjoni titressaq minn applikant eliġibbli u ftehim ta’ koproduzzjoni jinsab fis-seħħ (skont standards tal-industrija). Il-proġetti għandhom juru kooperazzjoni artistika u/jew teknika bejn l-isħab tal-koproduzzjoni.

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen– Ir-Raba’ Fergħa: Produzzjoni ta’ Films Twal hija li tappoġġja l-istadju ta’ produzzjoni ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi kulturali u kreattivi f’Malta. Din il-fergħa se tkun miftuħa għal dawn il-produzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kulturali eliġibbli: fizzjoni, dokumentarji u animazzjoni.
Din il-fergħa tipprovdi appoġġ finanzjarju permezz ta’ għotja lil entitajiet awdjoviżivi indipendenti biex jipproduċu produzzjonijiet awdjoviżivi ta’ kwalità u dan l-appoġġ jista’ jinkludi wkoll mentoraġġ minn espert tal-industrija tal-films ta’ esperjenza kbira maħtur mill-Kunsill Malti għall-Arti (“KMA”). L-Iskema timmira li tappoġġja kreazzjonijiet awdjoviżivi ambizzjużi u li tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ films qosra oriġinali. L-appoġġ jista’ jingħata lil applikanti eliġibbli għall-involviment tagħhom f’koproduzzjonijiet internazzjonali (bħala sħab b’maġġoranza jew minoranza), sakemm l-applikazzjoni titressaq minn applikant eliġibbli u ftehim ta’ koproduzzjoni jinsab fis-seħħ (skont standards tal-industrija). Il-proġetti għandhom juru kooperazzjoni artistika u/jew teknika bejn l-isħab tal-koproduzzjoni.

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Il-Ħames Fergħa: Programmi Kulturali hija li tinċentiva l-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi diffiċli b’kontenut kulturali u kreattiv fuq stazzjoniet tax-xandir privati sabiex tittejjeb il-kwalità tal-produzzjonijiet awdjoviżivi tal-arti u l-kultura f’Malta. Din il-fergħa se tkun limitata għall-produzzjoni ta’ programmi kulturali. Din il-fergħa timmira lejn produzzjonijiet eliġibbli fuq stazzjonijiet televiżivi privati li jeħtieġu investiment biex jiġu żviluppati xogħlijiet li ħafna drabi ma jkollhomx aċċess għal finanzjament privat. L-Iskema tipprovdi appoġġ finanzjarju permezz ta’ għotja lil entitajiet awdjoviżivi indipendenti biex jipproduċu produzzjonijiet awdjoviżivi ta’ kwalità u dan l-appoġġ jista’ jinkludi wkoll mentoraġġ minn espert tal-industrija tal-films ta’ esperjenza kbira maħtur mill-Kunsill Malti għall-Arti (“KMA”). Din il-fergħa għandha l-għan li tappoġġja kreazzjonijiet awdjoviżivi ambizzjużi u li tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ programmi kulturali oriġinali. L-appoġġ jista’ jingħata lil applikanti eliġibbli għall-involviment tagħhom f’koproduzzjonijiet internazzjonali (bħala sħab b’maġġoranza jew minoranza), sakemm l-applikazzjoni titressaq minn applikant eliġibbli u ftehim ta’ koproduzzjoni jinsab fis-seħħ (skont standards tal-industrija). Il-proġetti għandhom juru kooperazzjoni artistika u/jew teknika bejn l-isħab tal-koproduzzjoni.

L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw il-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen hija miftuħa għal:

  • Entitajiet awdjoviżivi indipendenti li huma rreġistrati legalment f’Malta; u
  • Professjonisti individwali awdjoviżivi li huma ċittadini Maltin, jew li għandhom permess ta’ residenza permanenti Maltija, ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija, jew passaport Malti.

L-applikanti kollha għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-produzzjoni awdjoviżiva. Għal informazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok irreferi għall-Linji Gwida u r-Regolamenti uffiċjali tas-sitt (6) Fergħat rispettivi tal-Iskema.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida (Fergħa 1–5) u tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni għal Fergħa 1: Kitba tal-Iskript, Fergħa 2: Żvilupp, Fergħa 3: Films Qosra, Fergħa 4: Produzzjoni ta’ Films Twal u Fergħa 5: Programmi Kulturali.

Skip to content