Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

L-Iskema għall-Wirt Artistiku

Invalid deadline format: March 24, 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija March 24, 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirrikonoxxi li l-festa Maltija hija parti mit-tessut tal-bliet u l-irħula tagħna. Minsuġa ma’ dawn il-festi nsibu numru ta’ organizzazzjonijiet volontarji li jieħdu ħsieb li jippreparaw armar artistiku sabiex iżejnu l-pjazez u t-toroq tal-ibliet u l-irħula f’Malta u Għawdex, jieħdu ħsieb iżewqu l-iljieli sajfin tagħna b’kuluri u ġigġifogu mill-isbaħ, jieħdu ħsieb it-tkattir tal-kultura mużikali kif ukoll il-ħarsien u t-tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna. F’dawn l-organizzazzjonijiet volontarji jinsab nukleu ta’ nies li jaħdmu s-sena kollha b’mod volontarju biex jippreparaw attivitajiet marbuta mal-festa tar-raħal jew belt tagħhom.

Il-Kunsill jagħraf l-importanza li għandhom l-għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali Maltin li jaħdmu b’mod volontarju, fit-tkattir, ħarsien u tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna. Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk, sabiex tissaħħaħ il-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet, qed tiġi mnedija l-iskema għall-wirt artistiku. L-għan tal-iskema hu li tipprovdi għajnuna lill-organizzazzjonijiet matul is-sena sabiex jinvestu fil-preparamenti għall-attivitajiet li jsiru matul is-sena. Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

L-organizzazzjonijiet volontarji għandhom ikunu attivi f’wieħed, jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

  • Fil-mużika strumentali għall-festa
  • Fis-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar
  • Fl-armar artistiku semi-permanenti

Il-proposti għandhom jikkwalifikaw bħala wieħed minn dawn li ġejjin: 

Proposti għal mużika strumentali għall-festa

  • Programmi ta’ tagħlim u taħriġ mużikali mmirati għal surmastrijiet, l-assistenti surmastrijiet u għalliema.
  • Proposti ta’ investiment fi ħtiġijiet edukattivi fejn jidħol it-tagħlim ekstrakurrikulari.
  • Proġetti innovattivi li permezz tagħhom is-soċjetà jew għaqda tespandi l-attività mużikali tagħha kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, liema attività trid tkun waħda sostenibbli.
  • Proġetti sabiex is-soċjetà jew għaqda tinvesti fit-teknoloġija u l-komunikazzjoni biex ikolla strutturi (set-ups) aktar moderni għall-benefiċċju tal-membri tagħhom.
  • Restawr tal-oġġetti/opri li għandhom, bħal pitturi, arkivji mużikali, planċieri, standardi, strumenti antiki u għamara antika, eċċ.
  • Tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn is-soċjetajiet tal-banda f’dak li għandu x’jaqsam mal-bandisti tagħhom. 
  • Tisħiħ ta’ sistemi amministrattivi interni relatati mas-soċjetà jew għaqda u l-bandisti tagħhom.
  • Tisħiħ, tisbiħ u restawr tal-infrastruttura eżistenti li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali jew/u sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom b’mod aktar aċċessibbli.
  • Twettiq ta’ proġetti jew programmi soċjokulturali jew mużikoletterarji. 

Proposti għas-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar

  • Investiment f’apparat u f’armar biex in-nar ikun jista’ jinħaraq b’mod aktar sigur 
  • Investiment f’makkinarji u f’għodod li jiffaċilitaw il-manifattura tan-nar u jżidu s-sigurtà tal-produzzjoni 
  • Investiment f’riżorsi edukattivi dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-manifattura tan-nar 
  • Investiment fl-infrastruttura tal-kmamar tan-nar 
  • Restawr tal-kmamar tan-nar 
  • Tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn il-kmamar tan-nar lokali u Ewropej. 

Proposti għall-armar artistiku semi-permanenti

  • Disinn u manifattura ta’ bandalori  
  • Disinn u manifattura ta’ festuni tad-dawl 
  • Disinn u manifattura ta’ pavaljuni tad-drapp 
  • Disinn u manifattura ta’ pavaljuni tad-dawl 
  • Disinn u manifattura ta’ pedestalli artistiċi 
  • Disinn u manifattura ta’ armar artistiku li jintrama fit-toroq waqt il-jiem tal-festa (dan jeskludi l-liedna) 
  • Investiment ta’ tagħlim u tħarriġ relatat ma’ disinn u manifattura ta’ armar artistiku 
  • Proġetti u attivitajiet kulturali 
  • Proġetti u attivitajiet soċjali 
  • Restawr ta’ kull tip ta’ armar artistiku li jintrama fit-toroq waqt il-jiem tal-festa (dan jeskludi l-liedna) 
  • Statwi li jintramaw fit-toroq. 

Rekwiżiti konformi mal-Istrateġija

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej f’konformità mal-Istrateġija 2025.

L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw il-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarijai fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-applikanti għandhom jikkwalifikaw bħala:

 

  • Każin tal-Banda jew soċjetà mużikali tal-Festa
  • Fabbrika tal-logħob tan-nar
  • Organizzazzjonijiet tat-tiżjin tal-festa

 

Barra minn hekk, l-applikant irid ikun Organizzazzjoni Volontarja rreġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fl-2024 u li konformi għas-sena 2024.

 

L-applikanti jridu juru b’mod ċar li l-organizzazzjoni volontarja hija attiva fil-qasam li qed tapplika għalih. Tista’ tagħmel dan billi tissottometti l-parti tal-Istatut li tindika l-attività:*

  • Fil-mużika strumentali tal-festa.
  • Fis-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar
  • Fl-armar artistiku semi-permanenti

*għall-iskop ta’ dawn il-linji gwida, attività tfisser li l-istess organizzazzjoni volontarja għandha l-kapaċità li twettaq l-attivitajiet relatati mal-qasam li qed tapplika għalih mingħajr ma tiddependi b’mod esklussiv minn terzi.

L-applikanti li jirrapreżentaw l-orgnizzazzjoni volontarja jridu jkunu ċittadini Maltin, jew ikollhom permess ta’ residenza f’Malta, jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija, jew passaport Malti.

Agħfas hawn għal-linji gwida. Agħfas hawn għal kopja tal-applikazzjoni.

Skip to content