Skema għar-Riċerka u l-Iżvilupp Artistiku

L-Iskema għar-Riċerka u l-Iżvilupp Artistiku hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti li tippermetti lil individwi, gruppi u organizzazzjonijiet jirriċerkaw, jippjanaw, jiżviluppaw, u jwettqu l-għanijiet strateġiċi u l-istrateġija kontinwa tal-Kunsill. Permezz tal-appoġġ lejn ir-riċerka u l-iżvilupp tagħhom stess għandhom jidentifikaw il-professjonisti u l-komunitajiet kreattivi fil-mira tagħhom filwaqt li: L-iskema tifforma parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti […]

Skema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp

L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp hija waħda mill-għodod tagħna biex nittrattaw u nimplimentaw l-istrateġija attwali tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfasi fuq it-trawwim tal-potenzjal kreattiv u l-appoġġ għall-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali. L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp tinqasam f’żewġ fergħat. Il-programm jirrifletti tendenza lejn aktar professjonalizzazzjoni fis-settur kulturali u kreattiv u l-promozzjoni ta’ kultura imprenditorjali fost […]

Skema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom. L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti l-mobbiltà ta’ artisti u operaturi kulturali biex […]

Skema ta’ Finanzjament għar-Restawr

L-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr timmira biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tiswija, i.e. ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ proprjetà immobbli kulturali interna u esterna inkluż, iżda mhux limitata għal, altari, aperturi, dekor artistiku, induratura u tpinġija jew dekorazzjoni fuq uċuħ arkitettoniċi ta’ knejjes li huma fi ħdan il-konfini ta’ knisja parrokkjali li taqa’ taħt l-Arċidjoċesi ta’ Malta u […]

Il-Fond għall-innovaturi u l-pjattaformi kreattivi

L-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCIs) tirrikonoxxi l-ħtieġa li tgħin biex jinħoloq ambjent fejn l-intrapriżi kulturali u kreattivi jistgħu jsibu appoġġ immirat biex jgħinhom jikbru b’mod sostenibbli. Il-Fond għall-Innovaturi u l-Pjattaformi Kreattivi għalhekk huwa ddisinjat biex jippromwovi l-innovazzjoni u t-tkabbir fis-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS). Il-fond CIP jagħmel parti mill-isforzi kurrenti tal-KMA […]

Skema ta’ Appoġġ ġħall-Gazzetti

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti hija li tagħti appoġġ għall-assigurazzjoni ta’ kwalità relatata mal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali f’gazzetti stampati. L-iskema, li hi mgħarrfa bis-sitwazzjoni preżenti tas-settur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi finanzjarji u umani limitati, hi mmirata li tappoġġja u tiffaċilita modiu mezzi sabiex tindirizza dawn l-isfidi msemmija hawn fuq. L-iskema proposta hija […]

Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali – Malta

Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Kunsill Malti għall-Arti għandu l-għan li joħloq sħubiji ma’ organizzazzjonijiet volontarji lokali li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet se jikkollaboraw mal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex iwettaq il-viżjoni tiegħu, u cioè, li “aħna rridu li l-arti tkun fil-qalba tal-futur ta’ Malta”, u sabiex il-Kunsill iwettaq il-missjoni tiegħu, “xprunat bl-impenn tagħna għad-drittijiet […]

Għotja għal Sabbatiku għar-Riċerka Artistika

L-Għotja għal Sabbatiku għar-Riċerka Artistika hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti biex tippermetti lil individwi biex jinvolvu ruħhom f’riċerka artistika li hija bbażata fuq il-prattika jew immexxija mill-prattika u li hija mmirata lejn l-iżvilupp u l-esplorazzjoni ta’ ideat, metodoloġiji, materjali, u tekniki ġodda bi skop ta’ aktar żvilupp artistiku. Din l-għotja tissodisfa l-objettiv tal-qasam strateġiku […]

Micro Grant

Il-Micro Grant hija waħda mill-għodod tagħna biex nindirizzaw u nwettqu l-istrateġija preżenti tal-Kunsill Malti għall-Arti, bil-mira li nrawmu l-potenzjal kreattiv u nappoġġjaw l-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali.

Skema ta’ Appoġġ ġħal Mużika Maltija fuq Stażżjonijiet tar-Radju Privati

L-Iskema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati tifforma parti mill-portafoll li jinvesti fl-espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin. L-iskema ġiet żviluppata sabiex tippromwovi u tappoġġja l-espożizzjoni tat-talent mużikali lokali fuq pjattaformi tax-xandir. Din l-iskema tipprovdi assistenza finanzjarja lil entitajiet tax-xandir eliġibbli impenjati sabiex ixandru l-mużika Maltija […]

Skip to content