Il-Paviljun ta’ Malta URNA Jirbaħ il-Biennale tad-Disinn ta’ Londra 2025

Midalja mogħtija lill-aktar kontribut eċċellenti b’mod ġenerali Kummissarju: Il-Kunsill Malti għall-Arti It-Tim Kreattiv ta’ URNA: Andrew Borg Wirth, Anthony Bonnici, Matthew Attard Navarro, Thomas Mifsud, Anne Immelé, Stephanie Sant, Tanil Raif It-Tim tad-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali fil-Kunsill Malti għall-Arti: Annabelle Stivala, Kap Eżekuttiv tad-Direttorat; Dr Romina Delia, Kap tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali; Gracelynn Attard, Eżekuttiv tal-Appoġġ […]
Malta tirbaħ il-premju għall-aqwa padiljun tal-London Design Biennale bl-installazzjoni URNA

Malta rebħet il-midalja għall-aqwa Padiljun tal-London Design Biennale 2025 minn fost 50 esebitur minn madwar id-dinja, bl-installazzjoni URNA. Din hija t-tieni darba li Malta qed tieħu sehem f’dan il-Biennale prestiġjuż. URNA għandha tema u messaġġ kulturalment sinifikanti li jdur madwar il-kunċett tal-immaniġġjar tal-fdalijiet umani u tantiċipa, b’mod artistiku, l-adozzjoni tal-kremazzjoni fil-gżejjer Maltin. Din l-installazzjoni u […]
ACMlab: Impenn Komunitarju u Transsettorjali

📅 25 ta’ Ġunju | 🕕 18:00 | 📍 Sala Egmont fil-Fort Sant’Anġlu, il-Birgu Ingħaqad magħna għas-sessjoni ACMlab li jmiss li ser tiffoka fuq l-Involviment Komunitarju u Transsettorjali, b’ħarsa speċjali lejn l-Involviment u l-Iżvilupp tal-Udjenza u l-Komunità. Kif iddefinit mill-Kummissjoni Ewropea, dan hu: “proċess strateġiku, dinamiku u interattiv biex l-arti ssir aċċessibbli b’mod wiesa’. Dan […]
Iffirmat ftehim li se jwassal għad-dokumentazzjoni u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ kulturali ta’ pajjiżna

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsilli Reġjonali ta’ pajjiżna li se jwassal għal inizjattiva fuq skala nazzjonali li se tiddokumenta l-wirt divers ta’ Malta u Għawdex, fil-forom varji tiegħu, sabiex ikompli jiġi ppreservat. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega fid-dettall din l-inizjattiva li se tiddokumenta u tiċċelebra elementi […]
Imħabbra l-benefiċjarji tal-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025

Investiment ta’ €1 miljun f’għajnuna lill-festi Maltin Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-benefiċjarji tal-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025. Għal din is-sena ġie allokat investiment bla preċedent ta’ €1 miljun. Fl-ewwel sejħa, 83 applikant se jingħataw għotja ta’ €800,000 bħala appoġġ għall-Festa Maltija. It-tieni sejħa se tiġi mnedija f’Awwissu. Għal din is-sena […]
Sejħa għal Fornituri ta’ Servizzi ta’ Taħriġ: Stħarriġ ta’ Riċerka dwar is-Suq

Il-Kunsill Malti għall-Arti bħalissa qiegħed iwettaq eżerċizzju qasir ta’ Stħarriġ ta’ Riċerka dwar is-Suq biex jivvaluta l-kapaċità tas-suq li jipprovdi taħriġ imfassal apposta flimkien ma’ servizzi ta’ post u catering għas-Setturi Kulturali u Kreattivi (SKKs) f’Malta. Dan l-eżerċizzju jifforma parti mill-fażi preparatorja għal inizjattiva ffinanzjata mill-UE taħt il-programm FSE+ u jista’ jappoġġa l-pubblikazzjoni ta’ sejħa […]
Imniedi servizz One-Stop-Shop għall-festi tradizzjonali

Permessi relatati mal-festa issa se jkunu jistgħu jinkisbu permezz ta’ pjattaforma ġdida Ġiet imnedija inizjattiva ġdida li se toffri servizz One-Stop-Shop lill-organizzazzjonijiet volontarji u l-persuni kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-festi tradizzjonali. Din ġiet imnedija mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Permezz ta’ pjattaforma ġdida se jiġi ssimplifikat il-proċess sabiex […]
Imħabbra l-Artisti għat-Tieni Edizzjoni ta’ Variations on Emergence, il-Programm ta’ Residenza MSA x ACM

L-artisti Martina Georgina u Nina Gerada ser jibdew vjaġġi kreattivi ġodda fis-Soċjetà Maltija tal-Arti. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), bi pjaċir iħabbar il-parteċipanti magħżula għat-tieni edizzjoni ta’ Variations on Emergence – il-Programm ta’ Residenza MSA x ACM, wara sejħa miftuħa. L-artisti magħżula huma Martina Georgina, artista performattiva multidixxiplinari, u Nina Gerada, […]
Lokali Għal Globali

Lokali Għal Globali huwa serje ta’ workshops maqsuma fi tliet partijiet fuq medda ta’ disat
ijiem. Il-programm huwa ddisinjat sabiex iforni lil produtturi ta’ films u professjonisti tat-televiżjoni
Maltin—speċjalment produtturi—bil-ħiliet neċessarji sabiex jespandu l-operat tan-negozju tagħhom
u sabiex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv fis-suq internazzjonali.
Serje t’inizjattivi mħabbra mill-Kunsill Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

New collaboration aims to boost visibility and professional development opportunities for creatives in the publishing industry