L-ewwel parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju mħabbra ma’ BEJN / IN-BETWEEN

Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jipparteċipa fil-Biennale prestiġġjuż ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel fl-2026, bil-proġett BEJN / IN-BETWEEN. Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tkun qed tieħu sehem f’dan l-avveniment, li ġie stabbilit sew bħala wieħed mill-avvenimenti tal-arti kontemporanja ewlenin tal-Asja, u jservi ta’ pjattaforma għal artisti kontemporanji ewlenin sabiex jippreżentaw xogħol esperimentali […]
It-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika għall-Istrateġija 2030

Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iniedi l-konsultazzjoni pubblika għall-iżvilupp taċ-ċiklu strateġiku li jmiss li se jwasslu sal-2030. Strateġija 2030 qed tiġi mfassla fuq il-bażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa ta’ Strateġija 2025, li qed tiġi fi tmiemha, kif ukoll diskussjonijiet u analiżi fil-fond li qed jevalwaw il-kuntest attwali u jħarsu ’l quddiem biex jidentifikaw sfidi u opportunitajiet futuri […]
Imħabbar investiment ta’ €600,000 għal iktar għajnuna għall-għaqdiet volontarji li jtellgħu avvenimenti fil-komunitajiet tagħna

Il-Ministru ghall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri varaw skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji sabiex jingħataw appoġġ u sostenn pekunjarju b’rabta ma’ l-aspett taż-żamma tal-ordni fl-organizzar ta’ attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien fid-diversi komunitajiet. B’kollox se jkunu qed jiġu investiti €600,000 fuq firxa ta’ […]
Revisiting Maleth

Wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Kunsill Malti għall-Arti nieda RETOLD—inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti u kreattivi Maltin li għamlu suċċess barra minn xtutna fl-aħħar snin qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdu mill-Maltin—illum tnieda l-proġett Revisiting Maleth, fil-Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Revisiting Maleth hi l-verżjoni mtennija tal-proġett li rrappreżenta lil Malta […]
36 produttur tal-films lokali se jibbenefikaw minn investiment ta’ kważi €2 miljun

Total ta’ 36 produttur tal-films Maltin se jibbenefikaw minn total ta’ €2 miljun f’investiment fil-proġetti tagħhom, hekk kif il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-lista ta’ proġetti magħżula taħt l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iskrin. Din l-iskema, li hija maqsuma f’ħames faxex, għandha l-għan li ssaħħaħ oqsma ewlenin fl-istess settur li ġew identifikati li għandhom bżonn prijoritizzazzjoni u appoġġ. […]
No Need to Sparkle fil-Biennale di Venezia 2026 – Imħabbar it-tim li se jirrapreżenta lil Malta

Adrian Abela, Charlie Cauchi, u Raphael Vella se jkunu qed jippreżentaw lil Malta fl-Esebizzjoni Internazzjonali tal-Arti prestiġġjuża tal-Biennale di Venezia fl-2026. Stabbilita fl-1895, La Biennale di Venezia hija pjattaforma għall-esebizzjoni ta’ xogħlijiet ta’ artisti internazzjonali, u llum hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali prestiġġjużi. Il-61 edizzjoni tal-Biennale di Venezia se tinżamm mid-9 ta’ Mejju […]
Titnieda RETOLD – numru ta’ progetti minn artisti lokali li għamlu success barra minnxtutna qed jintwerew f’pajjiżna

Jitħabbar il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni għas-Strateġija2030. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda RETOLD – inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti, u kreattivi Maltin li għamlu success barra minn xtutna fl-aħħar snin, qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdew mill-Maltin. Din l-inizjattiva, li qed issir mill-Kunsill Malti għall-Arti, bdiet bl-ewwel proġett […]
Titnieda l-kampanja ‘Dritt għall-Kultura’

Inizjattiva li tiċċelebra l-libertà tal-espressjoni artistika u l-aċċess għall-kultura għal kulħadd f’Malta Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar it-tnedija ta’ kampanja nazzjonali ta’ għarfien immirata lejn il-promozzjoni tad-Dritt għall-Kultura. L-inizjattiva, li hija mmexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, tiċċelebra l-libertà tal-espressjoni artistika u l-aċċess għall-kultura għal kulħadd fejn tisħaq dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni u l-aċċess […]
Dr Luke Dalli jinħatar Chairman Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħatar lil Dr Luke Dalli bħala Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti. Dr Dalli se jkun qiegħed jassumi dan l-irwol wara li Albert Marshall, li ta snin twal ta’ servizz dedikat u kiseb riżultati sinifikanti fil-promozzjoni u t-tisħiħ tas-settur kulturali u kreattiv f’Malta, għażel li jassumi rwol differenti […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita seminar reġjonali fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija kulturali

L-avveniment ġab flimkien is-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jesploraw l-aħjar prattiċi, sfidi, u kollaborazzjonijiet fl-iżvilupp kulturali Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) ospita seminar reġjonali kulturali bil-mira li jġibu flimkien rappreżentanti mis-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jiskambjaw ideat, jindirizzaw sfidi amministrattivi u kulturali, u jaqsmu studji ta’ każijiet fuq inizjattivi ta’ suċċess fi ħdan il-lokalitajiet […]