1. Nallokaw riżorsi għall-evalwazzjoni, għar-riċerka u għall-bini tal-għarfien dwar proġetti, inizjattivi u programmi internazzjonali li nappoġġaw u nikkoordinaw. Dan għandu jinforma l-approċċ ta’ monitoraġġ tagħna kif ukoll jiżgura li d-deċiżjonijiet illi nieħdu jirriflettu tassew l-isfidi li jaffaċċjaw is-setturi f’Malta flinternazzjonalizzazzjoni tax-xogħol artistiku tagħhom.
  2. Norganizzaw sessjonijiet regolari ta’ kondiviżjoni tal-għarfien, taħriġ u mentoraġġ, apprendistati u
    opportunitajiet ta’ esperjenzi ta’ job shadowing li jippromwovu, jappoġġaw u jitkellmu favur tours internazzjonali u skambji kulturali sostenibbli.
  3. Permezz tal-programmi ta’ finanzjament tagħna ser inkomplu nappoġġaw lill-artisti bbażati f’Malta fittours
    internazzjonali, fir-residenzi, f’wirjiet varji, fl-avvenimenti ta’ networking, fil-produzzjonijiet konġunti, filkollaborazzjonijiet u fl-attivitajiet pubbliċitarji tagħhom.
  4. Inħeġġu kollaborazzjonijiet interministerjali qawwijin illi jispeċjalizzaw fir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Billi mmexxu djalogi bejn il-Ministeru responsabbli mill-Kultura, it-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser nesploraw il-possibbiltà li jitwaqqfu attachés kulturali bbażati f’Ambaxxati ta’ Malta differenti mad-dinja kollha. Dawn il-kollaborazzjonijiet se jappoġġaw proġetti li l-għan tagħhom huwa li jippromwovu u jsaħħu r-relazzjonijiet u d-diplomazija kulturali permezz ta’ sħubiji u skambji internazzjonali u inizjattivi oħra bħal dawn.
  5. Nesploraw kif nistgħu niżviluppaw iktar il-Fond Kulturali tad-Diplomazija f’kollaborazzjoni mal-Unità Kulturali
    tad-Diplomazija fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-Fond għandu l-għan li jippromwovi u jsaħħaħ irrelazzjonijiet u d-diplomazija kulturali ta’ Malta permezz ta’ sħubiji u skambji internazzjonali u inizjattivi oħra bħal dawn.
  6. Inżidu r-rappreżentanza globali tagħna f’networks internazzjonali permezz ta’ entitajiet rappreżentattivi barra mill-pajjiż bħall-Ambaxxati Maltin u r-raggruppamenti tal-Istituti Nazzjonali tal-Kultura tal-Unjoni Ewropea (EUNIC). Hemm il-viżjoni li dan se jinbeda fuq l-għajnuna mogħtija mill-ambaxxati u missjonijiet Maltin lil opportunitajiet artistiċi li jkomplu jsaħħu d-diplomazija kulturali. L-għan ikun li ninvolvu ruħna aktar firrelazzjonijiet kulturali internazzjonali, fid-diplomazija u fl-iskambji u li nappoġġaw lill-artisti bbażati f’Malta filwiri internazzjonali tax-xogħol tagħhom.
  7. Nieħdu sehem b’mod attiv fil-EUNIC Malta Cluster illi twaqqaf dan l-aħħar flimkien ma’ diversi istituti u
    ambaxxati kulturali oħra tal-UE ħalli nsaħħu l-kooperazzjoni bejn Malta u l-membri l-oħra tal-EUNIC.
  8. Immexxu ’l quddiem u nqawwu r-reputazzjoni ta’ Malta permezz ta’ marketing internazzjonali, relazzjonijiet
    pubbliċi u xandir tal-aktar artisti kontemporanji ta’ talent ta’ Malta bħala komponenti kruċjali fil-promozzjoni
    tal-proġetti u tal-attivitajiet tagħhom.
  9. Nistabbilixxu l-preżenza online tal-artisti u organizzazzjonijiet eċċezzjonali ta’ Malta u tax-xogħol tagħhom
    permezz ta’ pjattaforma apposta li turi t-talent ibbażat f’Malta lil programmaturi kulturali internazzjonali,
    organizzaturi tal-festivals, operaturi u udjenzi inġenerali.
  10. Insaħħu l-parteċipazzjoni attiva bħala membri f’networks internazzjonali eżistenti bħal fost oħrajn il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u tal-Aġenziji Kulturali (IFACCA), l-Istituti Nazzjonali tal-Kultura tal-Unjoni Ewropea (EUNIC), in-Network Internazzjonali għall-Arti tal-Ispettaklu Kontemporanja (IETM) u s-Salzburg Global Forum, filwaqt li ninvolvu ruħna ma’ networks internazzjonali ġodda li jiffukaw fuq l-iżvilupp kulturali.
  11. Norganizzaw delegazzjonijiet għal avvenimenti internazzjonali u transsettorjali tal-arti inklużi s-swieq, l-expos u l-festivals b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet u networks nazzjonali u internazzjonali oħrajn.
  12. Nappoġġaw il-parteċipazzjoni tal-padiljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti ta’ Venezja, fil-London Design Biennale u f’bijennali rilevanti oħrajn.
  13. Nappoġġaw kollaborazzjonijiet diġitali internazzjonali bi pjattaformi orizzontali li jsaħħu d-demokrazija kulturali lil hinn mill-fruntieri ħalli nirriflettu vuċijiet differenti.

Skip to content