L-Azzjonijiet tagħna dwar l-Edukazzjoni u l-Iżvilupp għall-2025
Nitkellmu favur sinerġija akbar bejn il-Ministeru responsabbli mill-Kultura u l-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiġi faċilitat approċċ li jinvolvi networks, sħubiji u investimenti fir-riżorsi permezz tat-tisħiħ ta’ kollaborazzjonijiet u inizjattivi attwali u tat-twaqqif ta’ oħrajn ġodda.
Ninvestu fil-bini tal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni fl-arti permezz ta’ taħriġ pedagoġiku għal edukaturi u professjonisti kreattivi li jaħdmu fl-edukazzjoni u fil-komunitajiet ħalli nippromwovu l-professjonalizzazzjoni, il-kreattività u l-ħsieb kritiku.
Ninvestu fi skemi ta’ fondi li jappoġġaw kollaborazzjonijiet bejn istituzzjonijiet edukattivi u artisti, prattikanti kreattivi u organizzazzjonijiet kulturali, li jħeġġu lill-istudenti u lill-edukaturi biex ikomplu jimpenjaw irwieħhom fis-setturi kreattivi u kulturali.
Insaħħu l-opportunitajiet għal u nappoġġaw is-sħubiji eżistenti sabiex l-organizzazzjonijiet u l-prattikanti kulturali li joperaw fis-settur pubbliku, privat u volontarju jkunu jistgħu jikkollaboraw biex (1) jipprovdu edukazzjoni u programmi ta’ lħiq ta’ kwalità li jiffukaw fuq l-iżvilupp fit-tul u (2) juru l-valur tattransdixxiplinarjetà u tal-kondiviżjoni tal-għarfien. Dan jinkludi l-involviment ta’ żgħażagħ u ta’ anzjani fi produzzjonijiet ġodda, kif ukoll programmi ta’ tagħlim kreattiv li jimmiraw għat-tfulija bikrija u l-ġenerazzjoni akbar bħala udjenza.
Niżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għal produzzjonijiet artistiċi u kulturali ta’ kwalità biex b’hekk nippromwovu impenn u parteċipazzjoni akbar. Dan ser isir permezz ta’ inizjattivi speċifiċi għall-età bħal programm ikkurat għall-istituzzjonijiet edukattivi u programm mhux ikkurat għal studenti akbar fl-età u għaż-żgħażagħ fil-komunità.
Nippromwovu l-aċċess fil-komunitajiet, pereżempju permezz ta’ programmi kollaborattivi mas-sistema ġudizzjarja, mal-kura soċjali, mal-kunsilli lokali u mal-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa biex inħajru l-parteċipazzjoni attiva fil-komunità.
Nikkollaboraw mal-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla biex titwettaq riċerka dwar l-aħjar mod kif nintroduċu l-akkreditazzjoni u l-liċenzjar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fl-arti ħalli nippromwovu standard għoli għall-istituzzjonijiet u għall-kurrikuli kif ukoll biex ikun hemm trasparenza permezz ta’ data li tkun disponibbli pubblikament ipprovduta minn istituzzjonijiet approvati.
Inkomplu ninvestu f’artisti żgħażagħ b’talent biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-prattika artistika tagħhom permezz ta’ sistema ta’ finanzjament, programmi ta’ mentoraġġ u boroż ta’ studju billi nikkollaboraw ma’ entitajiet rilevanti oħra, kif ukoll permezz ta’ aċċess għal impjiegi jew skemi ta’ apprendistat imħallas għall-gradwati ġodda fl-arti.
Naħdmu biex nikkomunikaw l-impatti personali u soċjali tal-edukazzjoni fl-arti ħalli l-pubbliku jagħraf aktar il-valur tagħha. F’dar-rigward ser inniedu kampanji rilevanti fuq il-mezzi tax-xandir u ħidmiet ta’ intermedjazzjoni biex jitħeġġeġ l-appoġġ għall-edukazzjoni fl-arti fi ħdan is-setturi pubbliċi u privati.
Niffaċilitaw sessjonijiet ta’ networking, workshops u inizjattivi kollaborattivi bejn artisti u partijiet interessati f’oqsma oħrajn bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, il-midja, l-edukazzjoni, l-organizzazzjonijiet volontarji u l-intrapriżi kummerċjali. Dan bil-għan li nippromwovu ħidmiet u intrapriżi interdixxiplinari.
Inħeġġu taħriġ professjonali kontinwu tul il-ħajja kollha bi sħab mal-entitajiet pubbliċi rilevanti responsabbli għalledukazzjoni. Is-suġġetti f’konformità mal-kuntesti u mal-ambjenti dejjem jevolvu li jaħdmu fihom l-artisti u l-kreattivi, bħal taħriġ fil-mentalità intraprenditorjali u fit-teknoloġija diġitali kif ukoll taħriġ speċjalizzat ieħor li jipprovdi opportunitajiet għall-prattikanti u l-edukaturi biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet u l-għarfien espert tagħhom.
Ninvestu fit-taħriġ ta’ mexxejja u ħaddiema kulturali fis-setturi bħal fost oħrajn (iżda mhux limitati għal) impjegati pubbliċi li jaħdmu fis-setturi ħalli jkomplu jippromwovu l-valur tas-setturi u tal-impjegati tiegħu.
Nintroduċu skemi ta’ sostenn għar-riċerka fis-setturi kulturali u kreattivi, skont il-Politika Kulturali Nazzjonali 2021. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jinkludu l-appoġġ lill-artisti li jixtiequ jieħdu liv sabbatiku sa sena permezz tal-allokazzjoni ta’ introjtu bażiku bi ftehim dwar l-objettivi u r-riżultati mistennija.
Nikkontribwixxu fl-industrija lokali tal-pubblikazzjoni billi niffukaw fuq id-disinn u l-illustrazzjoni u nespandu l-ilħiq ta’ din l-industrija u nippromwovu l-qari u l-litteriżmu fost il-pubbliku.