1. L-implimentazzjoni ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni għad-Dritt għall-Kultura li tinkludi x-xandir wiesa’ tal-kitt tar-riżorsi tad-Dritt għall-Kultura, taħriġ u żjarat f’istituzzjonijiet edukattivi; jingħata appoġġ lill-medjazzjoni kulturali; l-għarfien u t-tixrid ta’ prattika tajba; u jingħata l-appoġġ sabiex id-drittijiet kulturali jkollhom għeruq sodi.
  2. Isir investiment u jingħata appoġġ sabiex il-parteċipazzjoni kulturali tingħata l-importanza ewlenija li
    jistħoqqilha u sabiex jiġu indirizzati l-istrutturi soċjali li jfixklu l-parteċipazzjoni u l-aċċess b’mod ekwu. Dan se jinkludi taħriġ għall-impjegati, investiment fir-riżorsi u l-infrastrutturi, jiġu appoġġati servizzi bħal spettakli
    rilassanti għal persuni neqsin mis-smigħ, touring, wirjiet multisensorjali u tattili, faċilitajiet li jinkludu Braille u testi moqrija, tours u servizzi diġitali aċċessibbli sabiex l-esperjenzi kulturali jitjiebu għal kulħadd.
  3. Jiġi adottat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jagħti bidu u jrawwem il-konsultazzjoni fis-settur, in-networking, il-kollaborazzjoni, il-job shadowing, il-bini kontinwu tal-għarfien u l-aċċess li jagħti appoġġ lil strutturi għalliżvilupp tal-opportunitajiet sabiex jiġu rikonoxxuti u ċelebrati l-assi u l-identitajiet differenti ta’ Malta.
  4. Il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ riċerka attiva dwar l-ekwità soċjali fis-setturi kulturali u kreattivi, b’attenzjoni
    partikulari fuq l-aċċess, ir-rappreżentanza, il-parteċipazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-prekarjetà, ilperkorsi professjonali, l-impatt tal-valuri, l-attitudnijiet, l-interessi, l-intersezzjonalitajiet u l-kwistjonijiet talġeneru u ta’ gruppi diversi bl-użu ta’ metodoloġija u għodod ta’ tixrid li huma aċċessibbli għal kulħadd.
  5. Il-promozzjoni u s-sostenn tal-arti terapewtika b’attenzjoni speċjali fuq is-saħħa mentali, il-benessri ekwu u
    l-politiki tal-kura b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet artistiċi u mhux artistiċi.
  6. It-twettiq ta’ strateġiji kulturali reġjonali permezz ta’ involviment kontinwu ma’ partijiet interessati fis-setturi
    pubbliċi, privati u volontarji li joperaw fil-livelli lokali u reġjonali. Dan jinvolvi l-ħolqien ta’ bini ta’ kapaċitajiet
    u inizjattivi ta’ riċerka, it-tkabbir tal-infrastruttura kulturali, it-titjib tal-ipprogrammar u l-governanza kulturali
    lokali u reġjonali u l-iżvilupp ta’ evalwazzjoni u strutturi ta’ monitoraġġ kontinwi.
  7. Jiġu msaħħa u appoġġati l-kollaborazzjonijiet mal-Gvern permezz tal-Koordinatur Kulturali Reġjonali u Uffiċjali Kulturali Reġjonali. Dan għandu jiffaċilita d-distribuzzjoni ġusta tal-investiment u tal-appoġġ kif ukoll taliżvilupp ta’ komunitajiet intrareġjonali b’rabta soda bejniethom.
  8. L-investiment fil-ħarsien u fil-promozzjoni tad-diversità tal-espressjoni artistika u kulturali fil-wirt kulturali
    kif ukoll ir-riġenerazzjoni u l-innovazzjoni mmexxijin mill-patrimonju (inkluż it-tagħlim tal-lingwa, l-istorja, ilkultura u l-medjazzjoni kulturali).
  9. Il-promozzjoni u s-sostenn tal-aċċessibbiltà diġitali bħala parti mill-pjanijiet ta’ rkupru mill-pandemija, b’enfasi partikulari fuq l-inkorporazzjoni innovattiva fil-wirt kulturali, l-espressjoni kreattiva u l-involviment tal-udjenzi.
  10. L-iżgurar li l-investimenti u l-finanzjamenti tagħna jkunu konformi mal-valuri tad-diversità kulturali u taliżvilupp sostenibbli tal-komunità u nagħmluhom ġusti u flessibbli billi (1) nippromwovu u niffaċilitaw l-appoġġ għall-aċċess (inklużi assistenza fl-aċċess għall-fondi, servizzi lingwistiċi, assistenza soċjali, allowances speċifiċi u miżuri fiskali), (2) il-faċilitazzjoni u l-appoġġ lil programmi ta’ bini ta’ kapaċità sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għal għodod u riżorsi filwaqt li jiġu żviluppati inizjattivi ġodda li jindirizzaw id-domanda tan-narrattivi li dejjem jinbidlu tas-setturi kulturali u kreattivi, u (3) billi nirrevedu u nevalwaw l-istrutturi u l-linji gwida tagħna fejn meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni pubblika kontinwa.
Skip to content