1. Nallokaw investiment annwali għal programmi ta’ finanzjament li jinkludu skemi finanzjarji maħsuba biex
    jappoġġaw proġetti artistiċi u kulturali, l-ipprogrammar, l-internazzjonalizzazzjoni, l-iskambji tal-komunità,
    ir-riċerka u l-iżvilupp, il-professjonalizzazzjoni, l-edukazzjoni dwar l-arti, il-kontenut kulturali fil-midja, ilpjattaformi, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi kulturali u tas-settur, attivitajiet kulturali tradizzjonali u
    inizjattivi simili sabiex nindirizzaw il-ħtiġijiet u t-tħassib tas-settur. L-allokazzjoni tal-investiment hija suġġetta għall-baġit annwali tal-Gvern, iżda aħna nippersistu sabiex inżommu qafas ta’ finanzjament rilevanti, strutturat u flessibbli.
  2. Niżviluppaw u nirrevedu bla heda l-programmi ta’ finanzjament u l-mekkaniżmi ta’ investiment tagħna abbażi ta’ eżerċizzji kontinwi ta’ konsultazzjoni pubblika, involviment u evalwazzjoni sabiex nittrattaw it-tħassib u l-bżonnijiet speċifiċi tas-settur, dejjem bl-istatus tal-artisti fil-qalba ta’ ħsiebna.
  3. Intejbu l-proċeduri operattivi standard tal-ġestjoni tal-fondi u nevalwaw il-proċeduri eżistenti bil-għan li
    nnaqqsu l-burokrazija kemm nistgħu u ntejbu l-komunikazzjoni mal-pubbliku dwar il-monitoraġġ u l-obbligi ta’ rappurtar tagħna.
  4. Inniedu proċess ta’ evalwazzjoni u konsultazzjoni biex nidentifikaw miżuri ta’ investiment illi jippermettu aktar trasparenza u kompetizzjoni iżjed b’saħħitha. Dan ser jinkludi r-reviżjoni u l-analiżi tal-proċessi ta’ evalwazzjoni u tas-sistema tal-applikazzjonijiet ħalli nidentifikaw oqsma li jeħtieġu titjib u nipprovdu finanzjament aktar ekwu u rispons aħjar u nkunu flessibbli fir-reazzjonijiet tagħna għall-bidliet kontinwi fil-ħtiġijiet tas-setturi.
  5. Ninvestu f’riżorsi li jiffaċilitaw diskussjonijiet kontinwi mal-partijiet interessati u jistabbilixxu proċeduri li
    jwasslu għal dokument dwar l-Istatus tal-Artist skont id-direzzjoni tal-Politika Kulturali Nazzjonali 2021. Dan
    jirriżulta f’qafas li jipproteġi, itejjeb u jirrikonoxxi d-dritt tal-artist li jesprimi, jipprattika, jorganizza u jappoġġa
    l-istatus tiegħu stess.
  6. Intejbu s-sistema online tas-CRM għall-inizjattivi kollha ta’ investimenti pubbliċi amministrati mill-KMA li
    jitħaddmu fit-tul waqt il-proċess ta’ finanzjament kollu, inklużi l-istadji tal-applikazzjoni, tal-evalwazzjoni, talgħotjiet, tal-implimentazzjoni, tal-mentoraġġ, tal-monitoraġġ u tar-rappurtar. Dan jiżgura proċess iktar
    ekoloġiku, aktar mexxej u aktar effiċjenti.
  7. Nesploraw u nistabbilixxu mekkaniżmi ta’ finanzjamenti alternattivi li jikkumplimentaw dawk eżistenti, abbażi ta’ approċċi parteċipattivi li jtejbu r-rikonoxximent tal-valur pubbliku tal-arti u tal-kultura bħall-finanzjamenti kollettivi, il-finanzjamenti simetriċi, il-mikrogħotjiet u s-self aġevolanti mill-banek. Dan ser jirrikjedi proċess esploratorju mal-partijiet interessati eżistenti u ġejjiena tagħna permezz ta’ approċċ transsettorjali.
  8. Nistabbilixxu mekkaniżmi ta’ finanzjament konġunt għall-portafoll tagħna permezz ta’ kollaborazzjonijiet
    interministerjali li jittrattaw gruppi speċifiċi fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi fil-mira.
  9. Ninvolvu koordinaturi settorjali b’għarfien speċjalizzat u b’esperjenza biex jissorveljaw u jiggwidaw
    l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati u tal-ħidmiet illi nappoġġaw permezz ta’ forom ta’ investiment
    pubbliku oħrajn.
  10. Insegwu l-appoġġ kontinwu għal Għawdex u l-qagħda tiegħu bħala reġjun kulturali distint permezz ta’
    investimenti kollaborattivi fl-iżvilupp kulturali b’approċċ lokalizzat.
  11. Nallokaw riżorsi għal parteċipazzjoni mal-PCOs sabiex insaħħu t-tmexxija kulturali tagħhom permezz tarrelazzjonijiet ma’ kollaboraturi mis-settur pubbliku u indipendenti, l-istandards operazzjonali tagħhom u livelli varji ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan se jiġi implimentat permezz ta’ valutazzjonijiet strateġiċi regolari u
    kollaborattivi permezz ta’ gruppi ta’ riflessjoni u konsultazzjoni. B’dan il-mod inkunu ta’ eżempju u noffru gwida kontinwa u nappoġġaw l-użu tal-aqwa prattiki.
  1. Inwaqqfu kumitati ta’ tmexxija settorjali ma’ rappreżentanti mis-setturi pubbliċi, privati u volontarji li jagħmlu
    parti mill-ekoloġija kulturali u kreattiva u li kapaċi joffru pariri u gwida fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħna.
  2. Ninvestu fil-bini fuq il-premju diġà stabbilit: Il-Premju għall-Arti bħala premju li jagħraf l-eċċellenza ta’
    xogħol artistiku mill-iprem, skont ix-xejriet tas-settur, għall-kontribut tiegħu f’livell nazzjonali, filwaqt li nħeġġu iktar professjonalità u innovazzjoni fis-setturi kulturali u kreattivi.
  3. Niżviluppaw portafoll ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea ħalli nevolvu u nwessgħu l-profil kulturali
    internazzjonali tagħna għall-benefiċċju tas-setturi.
  4. Inrawmu sħubiji u konsorzji internazzjonali effettivi u adegwati bejn diversi partijiet interessati ħalli nkunu
    nistgħu nressqu l-proposti għal ħidmiet ibbażati fuq proġetti mtellgħin minn bosta pajjiżi billi nidentifikaw issħab it-tajba u nibnu relazzjonijiet li jħejju proposti robusti għall-proġetti tal-UE.
  5. Nagħmluha possibbli li l-finanzjament mill-UE jkun iktar aċċessibbli għas-setturi kulturali u kreattivi billi
    nagħtu appoġġ finanzjarju lil organizzazzjonijiet kulturali Maltin li jkunu assiguraw finanzjament mill-UE.
    Dan se jsir billi jintuża mekkaniżmu ta’ finanzjament konġunt diġà stabbilit illi jkopri l-komponent talawtofinanzjament tal-proġetti ffinanzjati mill-UE
Skip to content