14-il proġett jibbenefikaw minn fondi permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, ħabbru l-lista tal-proġetti li ngħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr fejn 14-il proġett se jirċievu investiment totali ta’ €190,000 bħala appoġġ finanzjarju għar-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali immobbli. Il-fond kien miftuħ għal organizzazzjonijiet kulturali u organizzazzjonijiet volontarji li […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jippreżenta wirja u preżentazzjoni mill-fotoġurnalist Reza bħala parti mill-Malta Biennale 2026

Xogħol Reza jiffoka fuq nisa f’ambjenti differenti filwaqt li hu infurmat minn sfond umanitarju qawwi. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, jippreżenta Women Grace above the Battle, wirja fotografika mill-fotoġurnalist ta’ fama internazzjonali Reza. Il-wirja tiftaħ fil-11 ta’ Marzu fi Pjazza Tritoni, il-Furjana, bħala parti mill-Malta Biennale 2026. Il-programm […]
Soċjetà Mużikali oħra salvata: Il-Gvern jidħol f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali daħal f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola bil-għan li d-drittijiet kollha taċ-ċenswalisti jgħaddu għand il-Ministeru u b’hekk din is-soċjetà mużikali tiġi protetta minn riskju imminenti ta’ żgumbrament. Din l-għaqda kienet f’dan ir-riskju minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-kirja viġenti u b’hekk il-Gvern ta serħan il-moħħ li […]
Malta Uffiċjalment Stat Membru ta’ Eurimages

Malta uffiċjalment saret membru ta’ Eurimages, il-fond ta’ appoġġ għall-films tal-Kunsill tal-Ewropa. Dan jimmarka pass importanti għas-settur awdjoviżiv domestiku ta’ pajjiżna u l-integrazzjoni tiegħu fil-pajsaġġ kulturali Ewropew. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva dan bħala pass importanti strateġiku għall-industrija awdjoviżiva ta’ Malta, u qal li, “is-sħubija ta’ Malta f’Eurimages tirrifletti l-impenn kontinwu […]
Il-Premju għall-Istudenti tal-Fondazzjoni Arti Sovrana 2025: Il-Premju mill-Kunsill Malti għall-Arti jmur għand studenta tal-Junior College

Artista żagħżugħa tirċievi għotja ta’ €2,000 mill-Kunsill Malti għall-Arti biex tkabbar l-iżvilupp artistiku tagħha. Il-premju mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Premju għall-Istudenti tal-Fondazzjoni Arti Sovrana 2025 ingħata lil Sofia Rubasheva. L-artista żagħżugħa, studenta tal-Junior College meta ngħata l-premju, kisbet dan il-premju premezz tax-xogħol artistiku tagħha Homage to Gogol (akriliku fuq karta). Il-premju jinkludi għotja ta’ […]
Edinburgh Fringe – The Malta Showcase

Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti Data u Ħin ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: 15 ta’ Frar, nofsinhar (CET) Dwar il-Programm Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed iniedi Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti, speċifikament għall-Edinburgh Fringe – The Malta Showcase (2027). Din l-inizjattiva hija ddisinjata sabiex tappoġġja diretturi, produtturi, u prattikanti kreattivi fl-arti […]
Jitilgħu għal 120 l-għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €1.1m matul din is-sena

37 organizzazzjoni volontarja li jikkontribwixxu lejn it-tradizzjonijiet tal-festi Maltin ser jibbenefikaw minn għotja ta’ fondi oħra mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-ammont ta’ €344,000 biex b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda tal-festi oħra li diġà gawdew minn investiment ta’ €800,000 matul din is-sena. Dan bis-saħħa tal-Iskema għall-Wirt Artistiku amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti, li toħroġ f’żewġ perjodi matul is-sena biex […]
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025

Is-seba’ edizzjoni, li qed tittella’ fl-għaxar anniversarju tal-Kunsill Malti għall-Arti, laħqet rekord ta’ 600 nomina Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, ħabbar ir-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025. L-edizzjoni ta’ dis-sena tirrappreżenta wkoll tragward importanti hekk kif laħqet rekord ta’ 600 nomina, l-akbar ammont minn meta twaqqaf dan il-Premju. Ir-rebbieħa tħabbru […]
Tiġi żvelata l-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta fil-Biennali ta’ Venezja u Gwangju fl-2026

Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tieħu sehem fil-Biennale tal-Korea t’Isfel, avveniment stabbilit bħala wieħed mill-ewlenin tal-arti kontemporanja fl-Asja. Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, żvelaw uffiċjalment il-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta f’żewġ pjattaformi ewlenin tal-arti internazzjonali – il-Biennale tal-Arti ta’ Venezja u l-Biennale ta’ Gwangju tal-2026. Din se tkun […]
Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li se tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Din l-iskema, li għaliha ġew allokati €280,000, ġiet maħsuba sabiex tagħti lill-każini l-għodda biex iwettqu titjib essenzjali, rinnovazzjonijiet meħtieġa u proġetti li jgħinuhom isaħħu r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz ta’ […]