L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Is-6 Fergħa: Internazzjonali huwa li jgħin fl-istadju tal-promozzjoni ta’ produzzjonijiet kulturali u kreattivi awdjoviżivi li tlestew sa mhux aktar minn 18-il xahar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluta jew li jinsabu fi stadju ta’ żvilupp avvanzat. Din il-Fergħa se jkun limitat għal waħda mill-produzzjonijiet segwenti li jilħqu l-kriterji kulturali eliġibbli: animazzjoni, dokumentarji, u finzjoni.
Din il-fergħa jipprovdi appoġġ finanzjarju f’forma ta’ għotja lil professjonisti awdjoviżivi individwali u entitajiet awdjoviżivi indipendenti sabiex:
1. jassisti produtturi li għandhom it-tir li jiddistribwixxu huma produzzjoni kwalifikanti (lesta) u/jew qed ifittxu aġenti tal-bejgħ jew distributuri jew fornituri tas-servizz simili sabiex jiddistribwixxu u jilħqu udjenzi internazzjonali b’film kwalifikanti (lest)
2. jipparteċipaw b’film magħżul (mhux f’kompetizzjoni), film qasir magħżul (jekk f’kompetizzjoni biss), jew f’parteċipazzjoni f’suq (bil-kundizzjoni li l-applikant ġie magħżul)
3. jappoġġja l-ispejjeż relatati ma’ sottomissjonijiet għal festivals ta’ produzzjonijiet kwalifikanti lil festivals rikonoxxuti (irreferi għall-Appendiċi ta’ Sezzjoni 10 għal lista approvata ta’ festivals)
F’każ li l-applikant huwa ko-produttur f’minoranza, l-appoġġ jista’ jkopri biss persentaġġ tal-ispejjeż, ekwivalenti għall-persentaġġ tad-dritt tal-awtur fil-film miżmum mill-applikant (għal appoġġ promozzjonali u sottomissjonijiet għal festivals internazzjonali), u l-ispejjeż sostnuti mill-persuni indikati f’Sezzjoni 3.5 ta’ dawn il-linji gwida u regoalmenti (għall-parteċipazzjoni f’festivals internazzjonali).
L-applikanti huma inkoraġġuti li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa, skont il-bżonn, lill-prinċipji spjegati fir-Right to Culture – Resource Pack, meta jkunu qed jiżviluppaw il-proposta tagħom fir-rigward tal-involviment komunitarju u l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi huwa mmirat li jżid għarfien fir-rigward tal-inklussività, u lejn l-appoġġjar tal-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum.
L-applikanti huma mistennija wkoll li jikkunsidraw, skont il-bżonn, il-prinċipji ewlenin elenkati fil-Karta tal-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivatijiet operazzjonali u programmatiċi tagħhom sabiex jiżguraw kundizzjonjiet ta’ xogħol xierqa u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, aċċessibbiltà mtejba, rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjoekonomiċi diċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, kunsiderazzjonijiet etiċi, u aderenza ma’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ma’ liġijiet ta’ impjieg internazzjonali. Il-Karta tal-Istatus tal-Artist tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal leġiżlazzjoni, politiki, jew inizjattivi li direttament jew indirettament jimpattaw l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, biex b’hekk tiżgura li kwalunkwe azzjoni hija allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul, u cioè dik li jiġi elevat l-istatus tal-artisti u ħaddiema kulturali f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.